Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
Verifikazzjoni onlajn tal-edizzjoni elettronika ċertifikata
  1. EUROPA
  2. UE liġi kif ukoll pubblikazzjonijiet
  3. EUR-Lex
  4. CheckLex
  5. CheckLex - Dwar CheckLex

X'inhi CheckLex?

CheckLex hi applikazzjoni li tippermettilek tivverifika l-firma elettronika u l-karattru awtentiku ta' edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU-e). Jekk il-verifika tirnexxi, hi tagħtik garanzija li l-edizzjoni elettronika hi awtentika u li ma nbidlitx mid-data tal-firma tagħha.

Il-verifika tista’ ssir fi kwalunkwe lingwa minn 24 lingwa uffiċjali tal-UE. Tista’ tagħżel il-lingwa permezz tal-lista li tinżel fir-rokna ta’ fuq tal-lemin tal-paġna ewlenija.

Liema edizzjonijiet u firem elettroniċi jistgħu jiġu ċċekkjati?

Checklex tista’ tintuża ma’ kull ĠU-e li hu ffirmat. Is-serji kollha tal-ĠU huma ffirmati, minbarra s-serje S (għall-avviżi tal-offerti, ara TED – akkwisti pubbliċi  tal-UE).

Dwar il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Kif nista' nsib ĠU-e u l-fajl(s) tal-firma tiegħu?

Edizzjonijiet elettroniċi tal-ĠU u l-firem elettroniċi korrispondenti jistgħu jiġu ddawnlowdjati bla ħlas mill-websajt ta' EUR-Lex.

Jeżistu modi differenti kif tista’ ssib ĠU:

Għandek ukoll aċċess għall-ĠU u l-firem elettroniċi korrispondenti b’mod dirett permezz tal-URL tagħhom (aktar informazzjoni dwar il-ħolqien tal-URLs).

Malli ssib il-ĠU li tkun qed tfittex, għandek issib il-fajl assoċjat tal-firma/firem taħt it-tabella tal-formati disponibbli.

Kif tivverifika l-firma elettronika u l-karattru awtentiku ta' ĠU-e:

Pass 1: Sib ĠU-e u l-fajl(s) tiegħu u applowdjahom f’CheckLex

  1. Iddawnlowdja l-verżjoni PDF tal-ĠU-e u l-fajl tal-firma tiegħu.
  2. Issejvjahom fil-kompjuter jew apparat tiegħek.
  3. Applowdja ż-żewġ fajls f’CheckLex, billi tikklikkja l-buttuni “Agħżel dokument” u “Agħżel Firma Assoċjata”.

Kun ċert li qed tapplowdja l-par fajls it-tajbin, inkella l-verifika ma tirnexxix.

Pass 2: Ibda l-verifika

Ikklikkja l-buttuna "Ivverifika l-firma". Il-verifika tieħu biss ftit sekondi.

Il-verifika tirnexxi jew tfalli. F'każ ta’ falliment, tirċievi messaġġ ta’ żball, li jgħarrfek x’mar ħażin.

Biex tiskopri aktar dwar il-firma, ikklikkja “Uri d-Dettalji tal-Firma”. Biex taħbihom mill-ġdid, ikklikkja “Aħbi d-Dettalji tal-Firma".

CheckLex u l-ĠU-e – Mistoqsijiet Frekwenti