Verifika
CheckLex:
Verifika tal-firma elettronika ta' Ġurnal Uffiċjali
CheckLex tippermettilek li tivverifika l-firma elettronika u l-karattru awtentiku tal-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Jekk il-verifika tirnexxi, hi tagħtik garanzija li l-edizzjoni elettronika hi awtentika u li ma nbidlitx mid-data tal-firma tagħha.
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika tal-ĠU (ĠU-e) hi awtentika u tipproduċi effetti legali, skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013.
Il-ĠU-e għandu firma elettronika avvanzata biex tiġi żgurata l-awtentiċità, l-integrità u l-inalterabilità tiegħu, skont id-Direttiva 1999/93/EC.
Il-verżjoni stampata mhu se jibqa’ jkollha l-ebda valur legali, ħlief f'każijiet fejn – minħabba interruzzjoni mhux prevista u eċċezzjonali tas-sistemi tal-IT tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet – l-edizzjoni elettronika tal-ĠU ma tkunx tista' tiġi ppubblikata.