X'inhi CheckLex?
CheckLex hi applikazzjoni li tippermettilek tivverifika l-firma elettronika u l-karattru awtentiku ta' edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU-e). Jekk il-verifika tirnexxi, hi tagħtik garanzija li l-edizzjoni elettronika hi awtentika u li ma nbidlitx mid-data tal-firma tagħha.
Il-verifika tista’ ssir fi kwalunkwe lingwa minn 24 lingwa uffiċjali tal-UE. Tista’ tagħżel il-lingwa permezz tal-lista li tinżel fir-rokna ta’ fuq tal-lemin tal-paġna ewlenija.
Liema edizzjonijiet u firem elettroniċi jistgħu jiġu ċċekkjati?
Checklex tista’ tintuża ma’ kull ĠU-e li hu ffirmat. Is-serji kollha tal-ĠU huma ffirmati, minbarra s-serje S (għall-avviżi tal-offerti, ara TED – akkwisti pubbliċi tal-UE).
Dwar il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Kif nista' nsib ĠU-e u l-fajl(s) tal-firma tiegħu?
Edizzjonijiet elettroniċi tal-ĠU u l-firem elettroniċi korrispondenti jistgħu jiġu ddawnlowdjati bla ħlas mill-websajt ta' EUR-Lex.
Jeżistu modi differenti kif tista’ ssib ĠU:
- aċċess dirett għal verżjonijiet reċenti permezz tal-paġna ewlenija
- billi tibbrawżja fil-kollezzjoni tal-ĠU
- billi tfittex (aktar informazzjoni dwar it-tfittix għall-ĠU).
Għandek ukoll aċċess għall-ĠU u l-firem elettroniċi korrispondenti b’mod dirett permezz tal-URL tagħhom (aktar informazzjoni dwar il-ħolqien tal-URLs).
Malli ssib il-ĠU li tkun qed tfittex, għandek issib il-fajl assoċjat tal-firma/firem taħt it-tabella tal-formati disponibbli.
Kif tivverifika l-firma elettronika u l-karattru awtentiku ta' ĠU-e:
Pass 1: Sib ĠU-e u l-fajl(s) tiegħu u applowdjahom f’CheckLex
- Iddawnlowdja l-verżjoni PDF tal-ĠU-e u l-fajl tal-firma tiegħu.
- Issejvjahom fil-kompjuter jew apparat tiegħek.
- Applowdja ż-żewġ fajls f’CheckLex, billi tikklikkja l-buttuni “Agħżel dokument” u “Agħżel Firma Assoċjata”.
Kun ċert li qed tapplowdja l-par fajls it-tajbin, inkella l-verifika ma tirnexxix.
Pass 2: Ibda l-verifika
Ikklikkja l-buttuna "Ivverifika l-firma". Il-verifika tieħu biss ftit sekondi.
Il-verifika tirnexxi jew tfalli. F'każ ta’ falliment, tirċievi messaġġ ta’ żball, li jgħarrfek x’mar ħażin.
Biex tiskopri aktar dwar il-firma, ikklikkja “Uri d-Dettalji tal-Firma”. Biex taħbihom mill-ġdid, ikklikkja “Aħbi d-Dettalji tal-Firma".